L-Arkitettura ta' Malta: Introduzzjoni

Il-binjiet imponenti megalitiċi tat-tempji ġo Malta huma fost l-iżjed kostruzzjonijiet bikrija fid-dinja, u ġew ħafna qabel il-piramidi tal-Eġittu. Mibnija bejn is-snin 4100 u 2500 QK, dawn it-tempji huma parti ta' mewġa aktar wiesgħa ta' żvilupp artistiku u arkitettoniku fil-gżejjer tagħna. Kemm meta it-tempji nbnew fuq l-art, kif ukoll fil-każ tal-Ipogew, wiehed ma jistgħax ma jistgħaġibx kif l-abitanti bikrin Neolitiki rnexxilhom jippustjaw dak il-ħaġar enormi b'għodda mill-aktar sempliċi u primittivi. Fil-fatt tempju ewlieni f'Għawdex hu magħruf bħala "il-Ġgantija" — għax itik x'tifhem li kien ġie mibni minn ġganti.

Fill-perjodu Ruman insibu artijiet mżejna b'mużajk mirqum, kolonni tal-irħam, u statwi fl-istil klassiku, lhiema tali sbuħija għadna nistgħu napprezzawha f’dak li għad fadal sallum fid-Domus Rumana — villa beltija mibnija biswit is-swar tal-Imdina. Bl-istess mod, il-kumpless ta' villa mdaqsa li għadha qed tieġi skavata minn arkeoloġisti ġewwa iż-Żejtun, tindika s-sofistikazzjoni arkitettonika li kien hemm f'Malta matul il-perjodu Ruman.

Ma tantx fadlilna mill- arkitettura medjevali Malta, minħabba l-iżvilupp mill-ġdid wara t-terremot Messina tal-1693, li farrak il-biċċa l-kbira mid-djar tal-Imdina ta qabel iż-żmien Barokk. Imma xorta waħda għadna nisgħaw naraw karatteristiċi tal-arkitettura Normana fid- djar grandjużi superstiti mibnija fl-istil
Chiaromonte li kien wasal minn Sqallija. Apparti minn hekk, traċċi ta' dan l-istil għadna wkoll insibuh fit- twieqi u l-bibien ġejjien bil-ponta, fid- djar komuni tal-Imdina. Ta' min ukoll jinnota li diversi kappelli mferxa fil-kampanja Maltija nbnew propju f'dan il-perjodu. Madankollu, id-destin ried li l-istill Barokk jħalli impatt dejjiemi fuq l-arti u l-arkitettura Maltija.

L-istorja arkitettonika Maltija ħadet svolta ġdida meta l-Kavallieri ta' San Ġwann ħadu dawn il-gżejjer f'idejhom fl-1530, fejn għall-ewwel darba, l-istili arkitettoniki Ewropej daħħlu bil-qawwa f'Malta. Bl-għajnuna tal-inġiniera u periti Taljani, fl-1566 l-Ordni ta' San Ġwann bniet il-belt kapitali li għanda ngawdu sallum il-ġurnata, cioè l-belt Valletta bil-fortifikazzjonijiet impressjonanti ta' madwar il-Port il-Kbir.

Ġlormu Cassar, l-ewwel perit Malti, kien ntbgħat fuq mawra ta' studju fl-Italja sabiex jiddisinja l-knisja konventwali tal-Ordni,
cioè l-Kon-Katidral ta' San Ġwann, kif ukoll il-Palazz tal-Gran Mastru u l-Bereġ għal-Lingwi differenti tal-Ordni ġewwa l-Belt Valletta.


Madankollu, din l-ewwel mewġa ta' kostruzzjoni battiet meta l-flus tal-Kavallieri ta' San Ġwann waslu fl-aħħar għax dawn kienu għabbew ruħhom iżżejjed minħabba l-fortifikazzjonijiet għaljin immens u minħabba l-kostruzzjoni tal-Belt Valletta. Eventwalment, meta l-ekonomija rkuprat fl-aħħar tas-seklu 17, Malta gawdiet minn mewġa oħra ta' kostruzzjoni, fejn periti bħal Charles Francois de Mondion u Romano Carapecchia inġabu hawn Malta biex jaġġorna l-istil Mannerista tal-bini bikri tal-Belt Valletta, għall-istil Barokk li kien ferm aktar irfinut. In-nofs tal-Imdina li kienet tfarket fil-terremot tal-1693, ġiet ukoll mibnija mill-ġdid fl-istil Barokk aristokratiku Franċiż ta' dak iż-żmien.

Meta ġew l-Ingliżi l-arkitettura f'Malta rnexxielha tadatta il-
klassiċiżmu Ingliż għal-ġebla franka Maltija b'mod stupend, u b'hekk nbnew edifiċji pubbliċi sbieħ bħal skejjel u sptarijiet, bliet ġodda interi bħall- Imtarfa, knejjes bħal il-Katidral Anglikan ta' San Pawl, tliet ċimiterji — kull wieħed fi stil differenti — mill-perit ewlieni EL Galizia, kifukoll t-Teatru Rjali tal-Opra iddisinjat minn Edward Middleton Barry. Id-djar, speċjalment fl-ibliet ġodda bħal ta' Sliema, kienu influwenzati mill-istil Vittorjan, bl-introduzzjoni ta’ twieqi maħruġin l'barra mill-faċċata, u ornamentazzjoni Art Nouveau u Art Deco.

L-arkitettura tal-lum f'Malta tipprova tgħaqqad l-istil vernikulari lokali mal-istil modern, mhux dejjem b'suċċess. Il-ġebla franka Maltija baqgħet l-materjal tal-kostruzzjoni l-iżjed ippreferuta fi gżiritna, u dan l-materjal jagħti lill-bini Malti dak il-lewn il-għasel li hu tant tipiku. Fil-fra temp, bini antik qed jiġi kkonvertiti biex jintuża għal għanijiet varji, bħall-binja tat-Taraġ ta Biagio, li fejn qabel kienet tifforma parti mill-istruttura difensiva tal-Kavallieri, issa inbidlet f'mużew interattiv li jittratta il-bini tal-fortifikazzjonijiet.