Introduzzjoni għall-Istorja ta' Malta

Il-Gżejjer Maltin - Malta, Għawdex u Kemmuna - jinsabu fil-kanal dejjaq li jgħaqqad il-baċiri tal-Lvant u tal-Punent tal-Mediterran, sittin mil fin-nofsinhar ta' Sqallija u 180 mili fit-Tramuntana tat-Tuneżija. Il-gżejjer ikopru żona ta' 122 mil kwadru.

Malta, l-akbar gżira, għandha numru ta' portijiet naturali li taw lill-gżira importanza strateġika fil-Mediterran. Fil-fatt, dik il-qawwa li kienet tikkontrolla lil Malta minn dejjem kienet f'pożizzjoni li tinfluwenza avvenimenti fil-Mediterran.

Għal din ir-raġuni, il-gżejjer kienu okkupati mill-Feniċi, ir-Rumani, il-Biżantini, l-Għarab, il-Normanni, l-Isvevi, l-Anġevini, l-Aragoniżi, il-Kastilljani, l-Ordni ta' San Ġwann, il-Franċiżi u l-Ingliżi. Fl-1964, Malta fl-aħħar saret indipendenti.

Ftit nafu dwar l-abitanti preistoriċi f’Malta, ħlief li ġew mit-tramuntana u sabu li Malta kienet lok tajjeb għal bini ta’ tempji megalitiċi kbar. Huma ħaffru ipoġei (tempji taħt l-art) enormi fil-blat artab ta’ Malta u żviluppaw arti u skultura inkomparabbli fl-Ewropa tal-Punent ta’ żmienhom u ta’ ħafna sekli wara.

Il-preżenza tal-Feniċi u tal-Kartaġiniżi f'Malta fetħet il-gżejjer għall-kummerċ mifrux li żdied taħt ir-Rumani, li waqqfu komunitajiet li kattru l-ġid f'Malta, bnew kumplessi sofistikati u wasslu l-kultura u l-prosperità tagħhom f’dawn il-gżejjer.

Fis-sena 870 AD, wara tlett sekli ta’ ħakma Biżantina, Malta waqgħet taħt ħakma Musulmana. Wara perjodu ta' telqa’, il-belt antika tal-Imdina reġgħet inbniet fis-seklu 11. Ma tantx fadal minn dan il-perjodu ħlief għall-lingwa Semitika ta’ Malta.

Wara diversi bidliet fit-treġija, Malta għaddiet taħt it-tmexxija tal-Ordni tal-Kavallieri ta' San Ġwann fl-1530. Fl-1565, Malta kienet assedjata għal tliet xhur minn armada Torka f'dak li baqa’ magħruf bħala l-"Assedju l-Kbir ta' Malta". Ir-rebħa tal-Ordni kienet mument deċiżiv li waqqaf l-espansjoni tal-qawwiet Torok fl-Ewropa u l-Mediterran. Tabilħaqq, ir-rebħa wara ġlieda qalila u mdemmija taw isem lill-Ordni u lil Malta madwar l-Ewropa.

Il-Kavallieri fehmu li huma kellhom jipproteġu l-gżiraminn attakki oħra fil-futur, u ddeċidew li jibnu belt fortizza fuq il-peniżola li tħares fuq il-Port il-Kbir ta’ Malta.Il-belt issemmietValletta,wara l-Gran Mastru ta’ dak iż-żmienJean Parisot de Valette – dak li rebaħ l-Assedju l-Kbir tal-1565 - u saret il-belt kapitali ta' Malta fl 1566. Illum, hija magħrufa għall-palazzi Barokki u knejjestagħha.

Wara l-Assedju, Malta bdiet it-tieni era tad-deheb tagħha. Matul is-sekli 17 u 18, il-popolazzjoni tal-gżira iffjorixxiet. L-ibliet u l-irħula kibruu kienu msebbħa b’vilel,palazzi u knejjes. Klassi ta’ negozjanti marret tajjeb ħafna tinnegozja fuq firxa wiesgħa, u ffjorixxiet l-arti fid-djar tal-għonja u fil-knejjes.Din l-era ntemmet ħesrem bir-Rivoluzzjoni Franċiża kontra l-aristokrazijali ħatfet il-proprjeta tal-Ordni fi Franza, u b’hekk naqqsitilha l-fondi u dak li kienet tagħmel. Id-daqqa finali seħħet fit-13 ta’ Ġunju, 1798, meta Napuljun Bonaparte iddikjara li Malta kienet Franċiża.

Mgħaddba bil-ħruxija u s-serq tas-suldati tar-rivoluzzjoni Franċiża, il-Maltin ma felħux jaċċettaw ir-riformi radikali "biex il-poplu jinħeles mill-fewdaliżmu" li kienu mponew il-mexxejja ġodda. Faqqgħet rewwixta waratliet xhur, li ġegħlet lil forzi Franċiżi jirtiraw wara l-fortifikazzjonijiet massiċċi tal-belt Valletta u t-tliet ibliet tal-port,Bormla, il-Birgu u l’Isla. Il-mexxejja Maltin tar-rewwixtaappellaw lir-re tagħhom, Ferdinand, li bħala suċċessur tal-Imperatur Karlu V kien ir-Re taż-Żewġ Sqallijiet, sabiexjgħinhom ikeċċu l-okkupanti Franċiżi. Ferdinand talab lill-Ammirall tar-Renju Britanniku fil-Mediterran, Horatio Nelson, biex jgħin lis-sudditi lejali tiegħu,u dan wassal għal imblokk fuq l-art u l-baħar tal-Belt Valletta u l-ibliet tal-port li dam sentejn u li fih mietu ħafna Maltin.

Id-diplomazija tal-Brittanniċi u xi arranġamenti dubjużi wasslu lil xi wħud mill-mexxejja tar-rewwixta biex jitolbu għall-protezzjoni tal-Imperu Brittanniku, u din ġiet milqugħa malajr fl-1802. Tnax-il senawara, il-pussess ta’ Malta mill-Brittanniċi ġie legalizzat permezz tat-Trattat ta'Pariġi, u Malta kienet il-kolonja tal-Gran Brittannja għall-150 sena ta’ wara, kif ukoll il-bażi għall-flotta qawwija tagħha fil-Mediterran flimkien ma'gwarniġġjon kbir (truppi ta' suldati).

Il-Maltin iddejjqu meta l-Ingliżi imponewreġim awtokratikubi gvernatur Ingliż bħala kap. Il-Maltin malajr bdew taqbida politika għall-awtonomija, taqbida li wasslet għal priġuneriji, deportazzjonijiet u s-sospensjoni ripetutata'gvern demokratiku,sakemm dan ingħatafl-1921.

In-naturamilitari tal-gżira tqawwiet fi żminijiet ta'gwerra. Matul l-Ewwel Gwerra Dinjija, Malta aġixxiet bħala "L-Infermieratal-Mediterran", u laqgħeteluf ta'suldati feruti, speċjalment mill-kampanja li falliet f’Gallipoli. Fit-Tieni Gwerra Dinjija, Malta kienet fiċ-ċentru tal-battalja għall-kontroll tal-Mediterran bejn il-forzi Taljaniu Ġermaniżifl-Italja u l-Afrika ta’ Fuq u t-8 Armata Ingliża mgħejjuna minnMalta. Il-gżira kellha tbati l-akbar konċentrazzjonita’ bumbardamenti fost l-Ewropa kollha, u  sofriet il-ġuh u ħafna mwiet ta’ nies pajżana u suldati. Madankollu,il-qlubija li biha rreżistietġietrikonoxxuta bl-għoti tal-George Cross,l-ogħla midalja ċivili. Għal darb'oħra, ir-reżistenza tal-gżira wasslet biex isseħħ svolta kruċjali fi gwerra Ewropea.

Fl-1964, Malta saret stat sovran indipendenti, imsaħħaħ minn industrija bbażata fuq it-tarznari u strutturi sodi fl-edukazzjoni, is-saħħa u l-amministrazzjoni. L-influwenza u l-kultura tal-Ingliżi kif ukoll il-gwerra kienu bidlu kompletament lil Malta u lil Maltin. L-Ingliż kienet saret il-lingwa tal-kultura minflok it-Taljan, u l-Malti sar l-ilsien nazzjonali tal-gżira Stat imwielda mill-ġdid, u li saret Repubblika fl-1979. F'Mejju tal-2004, Malta saret membru tal-Unjoni Ewropea, u f'Jannar 2008 membru taż-żona Euro.