Il-Belt Valletta kif tidher illum minn tas-Sliema. Il-Belt mibnija mill-Ordni ta' San Ġwann. Ritratt ta' Mark Spiteri

Iż-żmien tal-Kavallieri Ospitalieri f'Malta

Wara t-telfa ta' Rodi lit-Torok Ottomani fis-sena 1523, l-Ordni Ospitaliera ta' San Ġwann spiċċat sottomessa għall-Imperatur Karlu V, kemm għat-tiġdid tal-iskop tal-Ordni nnifsu, u kemm għal kwartieri ġodda. Minn naħa l-oħra, bi Vjenna mheddha mill-Ottomani mill-Lvant, u l-Alġerija maħtufa minn Barbarossa fin-Nofsinhar, lImperatur kellu bżonn jsib xi difiża adekwata fil-każ ta' xi nvażjoni tal-Italja u Spanja. Għaldaqstant Karlu offra li jnewwel lill-Ordni ta' San Ġwann, lil Malta u Tripli, għal kera annwali nominali ta' bies (falkun li kien ibejjet f'Malta) ħaj. Imma ġara li minħabba nuqqas ta' qbil intern, frott il-pika bejn il-Kavallieri Franċiżi u Spanjoli, kellhom jgħaddu sitt snin sħaħ qabel ma l-Ordni finalment aċċettat l-offerta li kien għamillha l-Imperatur, u ma ħaditx pussess tal-Gżejjer Maltin qabel Novembru tas-sena 1530.

Il-popolazzjoni tal-Gżejjer Maltin f'dak iż-żmien kienet ta' madwar 12,000 ruħ. Taħt theddida ta' attakk mill-Imperu Ottoman, l-Ordni ta' San Ġwann ċaqalqet is-sediagovernattiva tal- Gżejjer minn Città Notabile (l-Imdina), għall-Birgu, minħabba l-port strateġiku t'hemm.

Taħt it-tmexxija tal-Gran Mastri L'Isle Adam, de Homedes, u de Valette, il-Kavallieri ħadu ħsieb jiffortifikaw l-Port il-Kbir billi bnew il-Forti Sant'Iermu fuq il-ponta tal-Għolja Sciberras, komplew isaħħu s-swar tal-Kastell medjevali ta' Fuq il-Baħar (aktar tard il-Kastell Sant'Anġlu) tal-Birgu, u approfondew u wessgħul-foss li jifred dan il-Kastell mill-Birgu. Il-Kavallieri wkoll xtraw katina kbira minn Venezja, bl-iskop li jipproteġu x-xwieni tal-Ordni sorġuti fil-qala ta' bejn il-Birgu, u L-Isla, fejn hawn ukoll inbena l-Forti San Mikiel.

Fis-sena 1551, is-suċċessur ta' Barbarossa, Dragut, nieda assalt fuq Malta, li għalkemm dan kien falla, xorta waħda kienu spiċċaw ġabru lill-Għawdxin kważi kollha kemm huma bħala skjavi, kif ukoll kien irnexxielhom jaħtfu lil Tripli.

Dan il-ħbit ħejja t-triq għall-attakk ferm akbar fuq Malta propju fis-sena 1565, mill-armata u l-flotta tas-Sultan Tork Sulejman, lhiema attakk baqa'mniżżel fl-istorja bħala l-Assedju l-Kbir. Infatti f'April ta' dik is-sena, madwar 40,000 nies militari, fuq 180-il xini, salpaw minn Kostantinopli u baħħru lejn Malta, u waslu hawnhekka fit-18 ta' Mejju. L-Ordni kellha biss madwar 540 bejn Kavallieri u surġenti tal-armi, xi 400 truppi Spanjoli mibgħuta mill-Viċeroj ta' Sqallija, Don Garcia de Toledo — inkluż l-istess ibnu Fadrique, li spiċċa biex miet jiddefendi lil Malta, u madwar 4,000 milizzja Maltin. Finalment, fl-aħħar waslu wkoll 500 truppi Spanjol oħra sabiex jingħaqdu huma wkoll mad-difiża ta' Malta.

L-armata Ottoman (Torka) kienet taħt il-kmand ta' Mustapha Pasha, waqt li l-flotta kienet taħt l-ammiral Piali Pasha, li kien jieġi r-raġel tat-tifla tas-Sultan Sulejman. Dragut wasal ġimgħatejn wara b'aktar truppi u artillerija. F'Malta l-Ottomani ħassew ruħhom ferm 'l bogħod mis-sigurtàtal-kwartieri tagħhom f’Kostantinopli, u għaldaqstant riedu jħaffu jirbħu lill-Malta qabel ma'jaslu il-maltempati tax-xitwa; minnufih bdew jattakaw lill-Forti Sant'Iermu mil-25 ta'Mejju, u ma baqawx lura milli juzaw is-6,000 Ġannizzari tagħhom, li kienu l-eprem suldati tal-qawwa Ottomana, u b'hekk ippretendew li ħa jirbħu l-Forti f'ġimgħa, imma fil-fatt il-Forti ma ċeditx qabel it-23 ta' Ġunju, u swiet lill-qawwa Ottomana it-telfa ta' 8000 truppi, inkluż ħajjet Dragut innifsu.Il-bqija tas-sajf kien ikkaratterizzatminn assalti ma jaqtaw xejn fuq il-Birgu u L'Isla; din ta'l-aħħar kienet se tintrebaħ l-aħħar fis-7 ta' Awissu, imma xnieha falza li l-kamp Ottoman innifsu ġol-Marsa kien qed jieġi attakat, ħawwad u ħarbat lill-Ottomani, u dawn irtiraw fl-aħħar mument, u b'hekk il-Forti tal-Isla ġie salvat.

Peress li dan kien l-aktar assedju imdemmi li l-Ewropa qatt rat iseħħ f'sajf, il-Viċeroj ta' Sqallija, Don Garcia de Toledo, irnexxilu jipperswadi lill-EwropaKattolika sabiex tibgħat truppi ħalli jgħinu lil Malta; u infatti armata ta' 10,000 suldat żbarkaw fi gżiritna fis-6 ta' Settembru, u dawn ħabtu għal-forzi Ottomani l-għada, u sat-8 ta' Settembru kien ġiegħlu lill-qawwa Ottomana ssalpa 'l barra minn Gżiritna. L-Assedju kien ntemm.

Sabiex jissalvagwardja lil Malta kontra kwalunkwe invażjonijiet futura,il-Gran Mastru De Valette minnufih beda jibni belt fortifikata fuq l-Għolja Sciberras li kellha importanza strateġikament kbira, liema belt aktar tard sar jisimha Valletta. L-Ospitalieri (sussegwentement magħrufa aħjar bħala l-Kavallieri ta' Malta) kisbu fama leġġendarja fl-Ewropa Kristjana wara l-avvenimenti tas-sena 1565, u fl-involviment sussegwenti tax-xwini tal-Ordni, flimkien ma' dawk tal-flotta Venezjana, fil-qerdata l-flotta Ottomana f'Lepanto fis-sena1571. Il-kaxxa tal-Ordni, mimlija bid-donazzjonijiet mill-ammiraturi Ewropej tagħha, setgħet iddawwar il-gżira b'torrijiet tal-għassa, u ttemm ir-rikostruzzjoni tal-fortifikazzjonijiet mkisrin ta' madwar il-belt Valletta. Barra minn hekk, il-pożizzjoni ta' Gran Mastru ġiet mgħollija fil-ġieħ pari ma' dik ta' Prinċep mis-setgħat Ewropej, u daqs dik ta' Kardinal mill-Knisja Kattolika.

Mhux hekk biss, l-Ordni Ospitaliera saret rinomata għat-tagħlim u l-prattika tal-mediċina fl-Ewropa; is-Sacra Infirmeria kienet tesgħa 500 pazjent, u kellha wkoll skola tal-mediċina, u tal-farmaċija.

Għalkemm kienet dejjem tistrieħ fuq l-Ewropa għal-provisti, Malta iffjorixxiet kulturalment u soċjalment bejn is- sekli 16 u 18; il-Kon-Katidral ta' San Ġwann Battista fil-Belt Valletta issawwar f'ġojjell arkitettoniku u artistiku mill-isbaħ; u mbnew mhux biss palazzi, imma wkoll Università, Skola tal-Matematika u tax-Xjenza Nawtika, u saħansitra Librerija Pubblika.

Militarment, l-Ordni laħqet l-quċċata tal-qawwa tagħha fis-seklu 17, bix-xwini tagħha jaqsmu ċ-ċentru tal-Mediterran, sabiex jissiltu u jaħtfu x-xwini tal-pirati ta' Barbarija, għalkemm kulltant ħabtu wkoll għal-bastimenti Ewropej, u dan wassal għal perjodi ta' tensjoni u nkwiet.

Sa l-aħħar tas-seklu 18, l-influwenza tal-Ordni kienet naqset sewwa; is-suċċess tagħha mdgħajjef b'nuqqas ta' dixxiplina; id-donazzjonijiet battew ferm, pari pari mar-rwol tal-Ordni fl-Ewropa.

Fid-9 ta' Ġunju tas-sena 1798, Napuljun Bonaparte, waqt li kien fi triqtu lejn l-Eġittu, ħabat għal Malta. Mċaħda mill-protezzjoni tar-Re ta' Napli u Sqallija, li kien safa mgħelub, u maqsuma internament minħabba lejaltajiet differenti fost il-Kavallieri Franċiżi u Spanjoli, l-Ordni ċediet l-armi fit-12 ta' Ġunju wara reżistenza qasira mill-milizzji Maltin.

B'dan il-mod intemmet il-ħakma tal-Ordni fuq il-Gżejjer Maltin. Insolitament għall-Gran Mastri, Hompesch ta' ir-riżenja tiegħu, u ħalla warajh Ordni mħawda, li kellha tiskopri mill-ġdid lilha infisha bil-mod il-mod fil-25 sena ta' wara; l-ewwel mxiet għal ġo Sqallija, u sussegwentement f'Ruma, fejn għadha hemm sal-lum, rikonoxxuta bħala entitàsovrana, bil- Gran Maġisteru tagħha fi Triq Condotti. L-Ordni wkoll ingħatalha kirja ta' 99 sena, tal-Forti Sant'Anġlu, u hija involuta fil-ħidma ta' restawr ta' din l-istruttura storiku.


Dott. Anton Borg