Il-Kapitulazzjoni tal-gżejjer Maltin mill-Ordni ta' San Ġwann lill-Kap Franċiż Napuljun Bonaparti

Il-ħakma Franċiża

Nhar id-9 ta' Ġunju tas-sena 1798, il-flotta Franċiża li kienet sejra lejn l-Eġittu, bi 30,000 suldat abbord taħt il-kmand tal-Ġeneral Napuljun Bonaparti, avviċinat sewwa lill-belt ferm iffortifikata ta' Valletta, li dak iż-żmien kienet immexxija mill-Ordni ta' San Ġwann. Kavallier Franċiż li kien inserta f'Malta rreġistra dan l-avveniment b'dawn il-kliem: "il-Maltin ittawlu minn fejn kien jilħaq, u raw flotta hekk kbira li għattiet il-baħar kollhu ... . kienet xena li werwrietna."

Il-Gran Mastru Ferdinand von Hompesch ma' ħalliex lill-flotta ta' Bonaparti tidħol ġol-Belt Valletta biex tieħu l-provvisti, imma kien lest li jippermetti biss li x-xwieni setgħu jidħlu ġol-Belt tnejn kull darba, u mhux kollha f’daqqa, lhiema limitazzjoni waslet lil Bonaparti biex jordna lill-flotta tiegħu biex tiftaħ tibbumbardja lill-Belt Valletta immedjatament, fil-waqt li niżżel eluf ta' suldati f’seba postijiet strateġiċi ġewwa il-gżira.

Wqat li Iil-biċċa l-kbira tal-Kavallieri Franċiż li kellhom il-kmand ta' diversi lokalitajiet strateġiċi u fortizzi, spiċċaw biex abbandunaw posthom, kienu ħafna dawk ir-reġimenti Maltin li pprovdew reżistenza qalbiena minkejja l-konfużjoni kollha li seħħet. Fil-Fortizza ta' Tigne, il-Reġiment Malti tal-Cacciatori tefa' lura l-forzi Franċiżi li attakkawhom, xejn inqas minn tlett darbiet, fil-waqt li fil-Fortizza ta' San Luċjan ġewwa Marsaxlokk, il-gwarniġġjon Malti għamel reżistenza ħarxa għal 36 siegħa, u l-165 suldat Malti ċedew biss meta spiċċalhom l-ilma u l-munizzjon.

Imma l-Ordni kienet tilfet il-moral, u naqset milli toffri reżistenza qawwija, u ladarba l-belt tal-Imdina waqat f'idejn Bonaparti, Hompesch dlonk ċeda lill-Malta bir-riżorsi kollha tagħha lill-Franċiż, bi skambju għal artijiet ġewwa Franza u pensjonijiet kemm għalih innifsu u kemm għal Kavallieri l-oħra.

Napuljun qagħad f'Malta għal ftit jiem biss, sakemm it-truppi tiegħu stabbilew amministrazzjoni mmexxija mill-uffiċjali tiegħu: fejn introduċew bidliet radikali li llimitaw l-poter tal-Isqof għall-kwistjonijiet purament reliġjużi, keċċew 'l barra l-kleru kollhu ta' nisel barrani, kif ukoll għaddew liġijiet li jiddefendu d-drittijiet ta' tfal illeġittimi . Is-sistema edukattiva kienet riformata biex tgħati mportanza ewlenieja lis-suġġetti xjentifiċi, waqt li ġiet imfasla Kodiċi Ċivili li stabillixxit l-ugwaljanza quddiem il-liġi, il-libertà fir-rigward tal-qima reliġjuża, u d-dritt tal-proprjetà privata. Fl-istess ħin ġie abolit l-iskjavitù, u b'hekk l-iskjavi Torok kollha ġew meħlusa. Id-drittijiet u l-privileġġi aristokratiċi ġew aboliti kollha wkoll.

Napuljun mbagħad salpa lejn l-Eġittu, imma ħalla hawnhekka kontinġent ta' 4,000 suldat, lhiema suldati xejn ma' kienu għal qalb il-Maltin, minħabba l-ostilità tagħhom lejn ir-reliġjon Kattolika. Matul dan il-perjodu qasir ferm ta' ħakma Franċiża, l-Imdina u n-nobiltà t'hemmhekk kellhom sehem importanti fir-rewwixta tal-Maltin kontra l-mexxejja Franċiżi. F'dak iż-żmien l-Maltin kienu leali ferm lejn l-fidi w il-mexxejja reliġjużi tagħhom, u kienu kontra t-twemmin liberali.

Meta l-Franċiżi bdew jgħakksu l-knejjes, u saħansitra jiħdulhom l-fidded, il-qiegħa saħnet sewwa. Il-Maltin fl-aħħar ma' felħux iżjed meta, fit-2 ta' Settembru, il-Franċiżi ordnaw l-irkantar tal-damask tal-Knisja Karmelitana. Iffurmat folla rrabjata għall- Franċiżi, u faqqgħet rewwixta. Uffiċjal Franċiż li kien jismu Masson safa attakkat u mwaddab għall-isfel minn gallarija fil-qrib ġewwa r-Rabat. Dan miet fil-post, flimkien ma' wħud mis-suldati tiegħu. Mart il-Kurunell Masson ħelsieta biss għaliex hija kienet qed tistenna tarbija. Il-truppi Franċiżi kellhom jirtirraw għal wara s-swar tal-bliet fortifikati ta' Malta, waqt li l-milizzja Maltija mblokkawhom hemm ġew.

Meta l-Flotta Mediterranja Franċiża ġiet inqerdet fil-Battalja tan-Nil fl-1 ta' Awissu, tas-sena 1798, il-Flotta Birttanika Rjali setgħet tibda imblokk ta' Malta, bl-għajnuna tar-ribelljoni Maltija kontra l-ħakma Franċiża. Kostretti li jirtiraw fil-belt Valletta, it-truppi Franċiż ffaċċjaw nuqqas kbir ta' ikel, tnat li spiċċaw jieklu l il-ġrieden u l-qtates. Għalkemm b'xi mod irnexxilhom jaslu xi kwantitajiet żgħar ta' provvisti, fil-bidu tas-sena 1799, il-ġuħ u l-mard kellhu effett diżastruż fuq is-saħħa u l-moral tat-truppi Franċiżi.

Ir-Renju ta' Napli u Sqallija, flimkien mal-Gran Brittanja, bagħtu munizzjon u għajnuna oħra lill-Maltin, u mblokkaw dawn il-gżejjer, u b'hekk interċettaw konvojs Franċiż lejn jew minn Malta, fejn ġegħluhom iċedu f'idjen Skwardi Brittaniċi akbar minnhom wara battalji ħarxa. Dawn id-disfatti tant dgħajjfu l-pożizzjoni Franċiż ġewwa l-Belt Valletta, li wara assedju ta' sentejn, il-Ġeneral Belgrand de Vaubois u l-gwarniġġjon tiegħu, eżawriti bil-malnutrizzjoni u bil-marda tat-tifu, ċedew fl-4 ta' Settembru, tas-sena 1800.

Il-mexxejja Maltin offrew dawn il-gżejjer lill Sir Alexander Ball, u talbuh biex Malta ssir Dominju Brittanika. Il-poplu Malti ħoloq Dikjarazzjoni tad-Drittijiet li fiha aċċettaw li jaqgħu "taħt il-protezzjoni u s-sovranità tar-Re tal-ġens liberu, il-Maestà Tiegħu r-Re tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda". Id-Dikjarazzjoni kienet tistqarr ukoll li "Maestà tiegħu ma' kellhux jedd li jċedi dawn il-Gżejjer lil kwalunkwe qawwa oħra ... li jekk jagħżel li jirtira protezzjoni tiegħu, u jabbandunaw sovranità tiegħu fuq dawn il-gżejjer, id-dritt li jintgħażel sovran ieħor, jew il-mod ta' l-iggvernar ta' dawn il-Gżejjer, tappartjeni lilna, il-Maltin biss, u mingħajr limitu".

B'hekk Malta inżammet mill- Gran Brittanja, u dan il-kontroll tal-gżira kienet kaġun li faqqgħu l-Gwerer Napoleoniċi fis-sena 1803. Fl-aħħar mill- aħħar Malta baqgħet taħt gvern Brittaniku għal 164 snin, sakemm kisbet l Indipendenza fis-sena 1964.